Home

 

Charles Casha huwa awtur Malti. Sal-lum huwa kiteb diversi xoghlijiet : kotba ghat-taghlim tal-Malti, kotba ghall-qari, drammi, novelli u rumanzi. B'kollox ghandu 49 pubblikazzjoni.

Ritratti taz-zjarat fl-iskejjel fejn Casha iltaqa' ma' l-istudenti. Aktar ritratti.

 

AHBARIJIETAHBARIJIETAHBARIJIETAHBARIJIETAHBARIJIETAHBARIJ

Il-Princep u t-Trogloditi


Wara li gie kostitwit il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb
f’Marzu 2010, il-Kunsill evalwa l-ilment li sar dwar
kategorija partikolari tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb: kotba
2008 u nstab li minhabba xi diffikultajiet teknici s-Sur
Charles Casha bil-ktieb tieghu, ‘Il-Princep u t-Trogloditi’
kellu jinghata wkoll l-ewwel premju fil-kategorija ta’ kotba
‘Proza ghat-Tfal’.
Is-Sur Casha nghata t-trofew tal-ewwel premju waqt
il-prezentazzjoni tal-kotba fit-8 ta’ Mejju, 2010. Il-premju nghata
lis-Sur Casha mill-E.T. President Emeritus Edward Fenech
Adami, li kien wiehed mill-mistiedna fir-riceviment billi kien
ic-chairman tal-gurija tal-Premju ghall-hidma tul-il-hajja
fil-Premju Nazzjonali tal-Ktieb, u mill-President tal-Kunsill
Nazzjonali tal-Ktieb, Dr Gorg Mallia.
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jifrah lis-Sur Charles
Casha ghall-premju li huwa nghata.

iktibli hawn: charles.casha@gmail.com