
Charles Casha twieled
il-Marsa, Malta, fil-21 ta' Settembru, 1943. Studja fil-Liceo u wara kors
ta' sentejn fil-kulleġġ "St.Michael's" huwa beda jahdem
bhala ghalliem fid-dipartiment ta' l-edukazzjoni sakemm irtira fl-2004.
Ghallem fl-iskejjel primarji u fl-iskejjel sekondarji fejn kien ukoll
librar ta' l-iskola ghal hafna snin.
fl-1982 huwa kiseb
certifikat fix-xoghol bibljotekarju u fl-1985 huwa ha diploma fl-istudji
tal-Lingwi (Malti) mill-Universita` ta' Malta.
Meta kien
ghadu student il-Liceo, huwa beda jikteb u fl-ahhar tas-sittinijiet
kiseb popolarita` mal-qarrejja zghar bl-istejjer tieghu dwar
"Fra Mudest", karattru ferriehi
li seraq il-qalb tat-tfal. Dawn l-istejjer bdew jidhru fic-"Children's
Own".
Barra minn hekk huwa
kiteb diversi kotba ohra ghat-tfal, fosthom stejjer qosra, rumanz,drammi u
kotba ghat-taghlim tal-Malti. Zewg sensiliet ta' kotba li kisbu popolarita`
kbira kienu is-sensiela "Kun Af" u
s-sensiela "Naqraw ma' " u " Mid-Djarji ta'...".
Il-ktieb tieghu
"Il-Klabb- L-Ghaxar Anniversarju" miktub ghall-Addoloxxenti
rebah il-Premju Nazzjonali Letterarju (1998) fil-qasam ta' kitba
ghat-tfal u fl-2001, il-ktieb tieghu "Gummienu"
rebah ukoll dan il-premju prestigjuz.
Huwa kiteb ukoll
kotba ghall-adulti. F'dan il-qasam insibu hames kotba ta' novelli
u erba' rumanzi.Fis-sena 2005 ir-rumanz tieghu "L-Appartament
fir-raba' sular" kiseb it-tieni post fil-Premju Letterarju
Nazzjonali. Sal-lum Casha ppubblika 46 ktieb.
Fl-1972 izzewweg lil Mary
nee` Casingena u ghandhom tlitt itfal, Stefanja, Mark u Kristjana.
L-EWWEL
PUBBLIKAZZJONIJIET
L-GHALQA
FUQ L-GHOLJA (GHALL-KBAR - NOVELLA TWILA) 1968

FRA
MUDEST (GHAT-TFAL) 1971

KOLIN
(GHALL-KBAR - RUMANZ )1979

Bhala
rikonoxximent ghall-hidma letterarja tieghu
Charles
Casha nghata GIEH IL-MARSA
mill-Kunsill
Lokali tal-Marsa
nhar
il-25 ta'April, 2007

|