Burraxki
18-il storja
li jittrattaw diversi grajjiet li minnhom jista' jghaddi l-bniedem
matul hajtu. Il-burraxki jghaddu imma l-effetti taghhom jistghu
jibqghu maghna.
Siltiet
mill-kritika tal-Profs. Oliver Friggieri dwar Burraxki :
"Personaggi
differenti jsawru dinja mlewna u mzewqa li fiha Casha dejjem jirnexxilu
jixhet il-karatteristika ewlenija tieghu: ta' awtur li jzewweg il-grajja
u l-kummenti. Huwa jikteb b'rispett, kwazi bi mhabba, lejn il-karattri
tieghu u jpingi l-kuntest bid-devozzjoni ta' ritrattista. Bit-tahlita
ta' rapprezentazzjoni ta' silta mill-hajja u bir-riflessjoni fuq
l-istess hajja huwa jsawwar dinja li tidher qrib taghna hafna, taht
imnehirna. Hija dinja mqieghda sewwasew f'dak il-punt li minnha
l-awtur jixtieq jitlaq biex iwassalna mieghu xi mkien iehor: f'dak
il-punt centrali fejn ir-riflessjoni tista' ssir. Hemm aktarx issir
it-tidwira fl-istejjer tieghu.:
|